Il-kaċċa tieqaf f’Jannar u Frar.
Qwiel relatati
Il-wiċċ kif iħallih Frar issibu fl-għamar.
L-uċuħ tar-raba' jkunu fl-aqwa tagħhom fi Frar. L-għamar huwa żmien il-ħsad.
It-twil seftur tal-qasir.
Billi Frar (= il-qasir) huwa iqsar minn Marzu (= it-twil), it-temp li ma jagħmilx fi Frar jagħmel f'Marzu.
Meta jiġi Ħadd il-bluh, ix-xita tibda tfuħ.
Meta jasal il-Karnival (= Ħadd il-bluh), tibda tagħmel inqas xita.
Meta Frar ikollu s-slejjef, il-bidwi jmur joqgħod mal-ġwejjef.
Meta tinzerta sena biżestili (= sena bi 366 jum), ix-xogħol tal-għalqa ma jirnexxix. Is-slejjef għaliex Frar jislef ġurnata.
Frar fawwar jimla l-bjar.
Tagħmel ħafna xita fi Frar.
