Orqod fil‑frugħa, oqgħod fid‑djieq u min jirtek jistgħall ġidek sieq fuq sieq.
Flusek aħdem għalihom u gawdihom inti waqt li għadek ħaj, għax jekk le tkun qed tpaxxihom lill‑werrieta. Fil‑frugħa tfisser fit‑tbatija, fid‑djieq tfisser fin‑nieqes u jistgħall tfisser igawdi.