Il-midneb wara li jiekol jibred.Min jibda mix-xejn u jagħmel suċċess, hemm ċans li jitlagħlu għal rasu u jitkabbar. Jibred hawn tfisser li ma jibqa' jimpurtah minn xejn.
Mhux min jiftaħar għandu l-flus.Min għandu tassew il-flus, ma jippruvax jimpressjona bil-ftaħir għax m'għandux għalfejn.
Anqas ma wieħed ikollu f’din id-dinja, aħjar.Aktar kemm ikollok flus, aktar ikollok inwkiet. Mela aħjar ikollok inqas.
Min għandu jiswielu u min m’għadnux jibdielu.Min m'għandux flus ma jkampax. Jibdielu jiġifieri jiddispjaċih.
Il-ħobż artab biex tieklu, iżda iebes biex taqilgħu.Biex taqla' l-flus diffiċli, iżda biex tonfoqhom faċli ħafna.