Il-flus mhumiex ta’ min jagħmilhom, iżda ta’ min igawdihom.Avolja jkollok il-flus, trid tkun taf tgawdihom.
Il-flus u l-qdusija t-tnejn moħbija.Qatt ma tista’ tkun taf dak li jkun kemm għandu flus, jew kemm hu bniedem twajjeb.
Min dari jagħti miet; baqa’ Qanċiċu li lanqas jagħti rmied.Min kien imexxi qabel kien joħroġ iżjed flus minn dan ta' bħalissa, li jqanċeċ biss. Dari tfisser qabel.
Bil-grazzi ma timliex żaqqek.Meta tagħti servizz lil xi ħadd, tistenna li titħallas għax bil-grazzi biss ma tgħixx.
Is-sinjur imutulu t-tfal u l-fqir imutlu l-ħmar.Dari min ma kellux flus u kien imutlu l-ħmar, kienet xi ħaġa kbira - daqslikieku mietlu tifel. Normalment, is-sinjuri kienu jmutulhom it-tfal.