Min iħallas biċ-ċekċik jiekol bir-riħa.Min iħallas ftit m'għandux jistenna oġġett jew servizz ta' kwalità tajba.
Min iżoqq il-ħalq jintef il-leħja.Xi nies jonfqu iżjed flus minn kemm jifilħu biex jippruvaw ilaħħqu ma' ħaddieħor.
Meta l-qarnita ma ssibx aktar x’tiekol, iddur għal subgħajha.Min ma jibqagħlux flus, ikollu jieħu minn ġewwa biex ikampa.
Ilbieraħ ibigħ il-marinat u llum ta’ abbet għax it-trovatura sab.Hemm min jirnexxilu jagħmel suċċess biż-żmien. Abbet tfisser sinjur u trovatura tfisser teżor.