Min jitolbok ħabba agħtih tnejn u keċċih.Min jiffittak fuq xi ħaġa, ikkuntentah ħalli jitlaq 'l hemm u jħallik bi kwietek. Ħabba kienet munita li kienet tintuża Malta fi żmien il-ħakma Ingliża.
Min jiftaħar flusu f’butu, u min jiftaħar f’kexxuntu.Min huwa tassew sinjur ma jiftaħarx bi flusu għax m'għandux għalfejn jimpressjona.
Min joħroġ addoċċ mingħajr ma jkejjel, jiftaqar lanqas jinduna u jkun imdejjen.Min iberbaq flusu, jinduna bl-iżball tiegħu meta jkun tard wisq.
Is-sajf kabozza tal-fqir.Dari s-sajf kien ikun perjodu fejn min ma kellux biex kien ibati inqas, peress li t-temp ikun isbaħ. Kabozza hija għamla ta’ kowt.