Mill-Fiddien il-qamħ joħroġ bil-kejjiel u l-qoton joħroġ bil-wiżżien.L-art tal-Fiddien hija għammiela ħafna. Bil-kejjiel u bil-wiżżien tfisser fi kwantitajiet kbar.
It-trill / il-majjal ixtrih fix-xhur tal-erre.It-trill/il-majjal ikun tajjeb biss fix-xhur li m'għandhomx l-ittra "r" fihom (= Mejju, Ġunju, Lulju u Awwissu).
Id-dielja tiltewa meta tkun żarġuna.Il-karattru jissawwar fit-tfulija, bħal meta fergħa żgħira (żarġuna) tad-dielja tkun għadha tista' tiltewa.
Iż-żrigħ bikri tista’ tibni, għall-imwaħħar ikollok tbaħħar.Jekk tiżra’ wisq tard fl-istaġun ikollok bżonn miraklu biex tieħu xi ħaġa. Imwaħħar tfisser tard. Tbaħħar jiġifieri tkeċċi l-ispirti l-ħżiena.
Aktar rabbata minn ħassada.Aktar hemm min qed iħares milli jaħdem. Rabbata kienu dawk li jorbtu l-qatet u l-ħassada kienu dawk li jaħsdu.