Id-dielja tiltewa meta tkun żarġuna.Il-karattru jissawwar fit-tfulija, bħal meta fergħa żgħira (żarġuna) tad-dielja tkun għadha tista' tiltewa.
Id-dinja hekk magħmula, nofsha raba’ u nofsha ħbula.Kull kultura għandha t-tradizzjonijiet u d-drawwiet tagħha.
Brunġiela fi żmienha, għas-suq qatt ma tkun wisq għammiela.Aktar ma jkun hemm abbundanza ta' brunġiel fi żmienu, inqas ikun sabiħ u għalhekk ma jibqax jiswa daqstant.
Min f’rokontu għandu l-barrada, jaf jidħaq b’sena farrada.Min jaħżen l-ikel ma jkollux għalfejn jinkwieta meta tiġi sena ħażina għar-raba', bl-istess mod li min ifaddal il-flus isibhom meta jiġi żmien ħażin. Barrada hija ġarra.