Aħjar kromba bagħlija minn mija saqwija.Il-kaboċċa li tikber f'ħamrija bagħlija aħjar minn ħafna li jikbru f'ħamrija saqwija.
Il-gabillott duttur, mill-bħajra dejjem żgur.Il-bidwi li jagħmel xogħlu sew dejjem ikollu prodott tajjeb. Bħajra tfisser bettieħ.
Min ipoġġi jdejh fuq il-moħriet, fuq is-sikka jmut.Ladarba tkun ħadt deċiżjoni, ieqaf aħseb fuqha u terġax lura.
La n-naħla tmur fuq il-fjur, taħsir ma jkunx hemm żgur.Il-fjuri li jmorru fuqhom in-naħal ikunu b'saħħithom.
Bajda tas-sultan titħallas b’dundjan.Akbar ma jkun l-obbligu li jkollok lejn xi ħadd, aktar se jkollok xi trodd lura.