Id-dielja tiltewa meta tkun żarġuna.Il-karattru jissawwar fit-tfulija, bħal meta fergħa żgħira (żarġuna) tad-dielja tkun għadha tista' tiltewa.
Meta l-fart jiekol ix-xnien u n-nifel, il-moħriet warajh erħilu jindifen.Il-bidwi għandu jaħrat l-għalqa meta tkun mimlija ħaxix ħażin (= ix-xnien u n-nifel).
Bajda bit-tebgħa ħamra tkun għaddiet mill-wied tan-namra.Meta l-bajda jkollha tebgħa ħamra jkun ifisser li t-tiġieġa kellha x'taqsam mas-serduq.
Mergħa daqs difrejhom u raba’ kemm jaraw b’għajnejhom.L-annimali għandhom bżonn spazji kbar fejn jirgħaw.
Meta jispiċċa l-bettieħ, is-senduq jimla li fih għax il-bajd bil-għali jinbiegħ.Lejn l-aħħar tas-sajf (= meta jibda jispiċċa l-bettieħ), dari kien jogħla l-prezz tal-bajd għax it-tiġieġa tkun diġà bdiet terfa', jiġifieri tieqaf tbid il-bajd.