Ir-raba’ rqiq jixba’ mill-ilma u jinxef fid-dawl tal-qamar.Jeħtieġ li l-ħamrija jkollha fond biex iżżomm l-ilma li tagħtiha.
Ixxerred id-dqiq u tiġbor in-nuħħala.Ta aktar kas ta’ xi ħaġa li mhix importanti u nesa ħaġa oħra iżjed importanti.
Il-bidwi jew ir-ragħaj l-ewwel għana tad-dinja.Xogħol il-bidwi u r-ragħaj huma fost l-ewwel xogħlijiet li bdew jeżistu għall-għajxien tal-bniedem.
Il-kemmun mhux tiegħek sewwa qabel ma ddaħħlu ġewwa.Sakemm il-frott u l-ħaxix għadhom fl-għalqa, għadhom fiċ-ċans li jitħassru u ma jkunux tiegħek.