Ix-xita fil-bidu ta’ April tagħmel ġid lill-uċuħ tar-raba’.
Qwiel relatati
April jagħmel il-fjuri u Mejju jieħu l-unuri.
Ċerti nies jieħdu l-mertu tax-xogħol li jkun sar minn ħaddieħor.
April bl-ixkubetta u l-azzarin.
April ikun żmien il-kaċċa.
F’April il-ħaddiem joħroġ ġuvni u jidħol xiħ.
F’April il-ġurnata tax-xogħol tkun itwal, b’aktar tbatija.
April ħobżna fil-mindil.
Il-qamħ jimla f’April, u l-ħaddiema jkollhom iżjed ħobż biex iżommhom matul ġurnata tax-xogħol itwal. Il-mindil huwa d-dvalja.
Xita fi ħruġ Marzu u dħul April, karru deheb u ġawhar fin.
Ix-xita fl-aħħar ta’ Marzu u fil-bidu ta’ April tagħmel ġid lill-uċuħ tar-raba’.
