April xahar ta’ nifs twil.Il-qamħ jimla f’April, u l-ħaddiema jkollhom iżjed ħobż biex iżommhom matul ġurnata tax-xogħol itwal.
F’April id-dubbiena tagħmel żinn u l-isħaba tmur lil hinn.F’April tieqaf ix-xita u jibdew ħerġin l-insetti, fosthom id-dubbien.
F’April ħobża kbira fil-mindil.Il-qamħ jimla f’April, u l-ħaddiema jkollhom iżjed ħobż biex iżommhom matul ġurnata tax-xogħol itwal. Il-mindil huwa d-dvalja.
Xita fi dħul April, karru deheb u ieħor ħarir.Ix-xita fil-bidu ta’ April tagħmel ġid lill-uċuħ tar-raba’.
F’April il-ħaddiem joħroġ ġuvni u jidħol xiħ.F’April il-ġurnata tax-xogħol tkun itwal, b’aktar tbatija.