Min hu għażżien xorta waħda jiġi bżonn (= il-ħjieġ) il-flus u jkollu jaħdem (= jitbiżżel) bħal ħaddieħor.
Min jibda tajjeb għandu nofs it-triq.
Min irid il-bajd frisk, ikollu jbati t-tlaqliq tat-tiġieġ.
Biex tgawdi trid taħdem, tistinka u tieħu paċenzja.
Għum fejn jilħaqlek.
Tiddeffisx għal biċċa xogħol jekk taf li m'intix kapaċi għaliha.
Is-sħana tax-xemx ma tgħallix patata.
Il-flus trid tbati u taħdem għalihom, bil-ftit ma jsir xejn.
Ħobż il-bieżel jieklu l-għażżien.
Min hu għażżien japprofitta minn xogħol il-bieżel.
Issensel u trempel fl-aħħar il-qanpiena ċċempel.
Jeħtieġ li biċċa xogħol tibdieha biex ikollok tama li xi darba teħlisha.
Min jagħmel il-fuħħar iqiegħed widnejn il-borma fejn jidhirlu l-aħjar.
Min hu tas-sengħa jkun jinqala' f'xogħlu u jkun jaf kif imorru l-affarijiet.
Jekk ma taqsamx il-bħajjar ma tkunx tista’ tnajjar.
Kien jeħtieġ li l-baħrin imorru jaħdmu fuq il-baħar 'il bogħod minn familthom biex jaqilgħu x'jieklu. Bħajjar huma oċeani u tnajjar tfisser tkampa.
Is-sawt u ż-żmien ibiżżlu l-għażżien.
Min hu għażżien jeħtieġ li tiddixxplinah fuq medda ta' żmien twil biex jitgħallem imidd idejh.
Min jidra l-qgħad, jidra l-għażż.
Mix kielu l-għażż u dara jgħix minn fuq dahar ħaddieħor, ma jkunx irid jaħdem u jbati.
Issieħeb mal-bieżel u aħrab ‘l-għażżien.
In-nies bieżla moħħhom f'xogħolhom mentri l-għażżenin jaraw kif se japprofittaw ruħhom minnek, mela aħrabhom.
Ix-xogħol tal-għaġla ma tantx joħroġ tajjeb.
Meta tgħaġġel biex tagħmel biċċa xogħol, ma tagħmilhiex sew.
Kulħadd xogħlu jogħġbu.
Kulħadd jara tiegħu tajjeb u ta' ħaddieħor ħażin, anke fix-xogħol.
Għum fejn jilħaqlek.
Tiddeffisx għal biċċa xogħol jekk taf li m'intix kapaċi għaliha.
Id-driegħ għall-ħidma u r-ras għall-misra.
Il-ġisem qiegħed għax-xogħol fiżiku u l-moħħ qiegħed għax-xogħol mentali. Misra tfisser ippjanar.
F’xogħol ta’ ħorrox borrox l-istokk u ż-żebgħa jgħattu kollox.
Ix-xogħol ħażin hemm mezz kif jitranġa.
Jekk ma taqsamx il-bħajjar ma tkunx tista’ tnajjar.
Kien jeħtieġ li l-baħrin imorru jaħdmu fuq il-baħar 'il bogħod minn familthom biex jaqilgħu x'jieklu. Bħajjar huma oċeani u tnajjar tfisser tkampa.
L-imgħax itajjar in-ngħas.
Tagħmel iżjed kuraġġ fix-xogħol meta tara l-flus deħlin.
Għal melħa ma jħallix il-borma ħelwa.
Għal naqra, agħmel ix-xogħol sew.
L-ewwel terz inbid dejjem qares itiegħem.
Meta tibda biċċa xogħol, l-ewwel ftit dejjem jinħass diffiċli sakemm tikkarga.
Lenbi mġenġel tagħġinx fih.
Tużax għodda mkissra jew difettuża għax ix-xogħol ma joħroġx tajjeb.