Issieħeb mal-bieżel u aħrab ‘l-għażżien.In-nies bieżla moħħhom f'xogħolhom mentri l-għażżenin jaraw kif se japprofittaw ruħhom minnek, mela aħrabhom.
Kisra tal-art ħelwa u tal-baħar morra.Ix-xogħol ta' fuq il-baħar huwa ferm iżjed diffiċli mix-xogħol fuq l-art. Kisra tirreferi għal kisra ħobż.
Il-ħmar ħaddmu għal rasu biex tkun taf x’jagħmel.Tara bniedem kemm hu kapaċi meta tħallih jagħmel biċċa xogħol waħdu.