Biex tagħmel biċċa xogħol tajba trid tagħmel moħħok hemm.
Ma jafx x’inhu serħan min qatt ma ħadem.
Tkun taf x'inhu serħan meta tbati f'xogħlok.
Kategoriji: ix-xogħol
Qwiel relatati
Il-mostra mhix ġostra.
Tgħallem apprezza x-xogħol ta' ħaddieħor, minflok tipprova tleħħaq miegħu.
Il-kotra tegħleb il-bokra.
Meta nkunu magħqudin inkunu iżjed b’saħħitna u x-xogħol isir iżjed malajr. Bokra ġejja minn bakkar, tqum kmieni.
Il-ħobż tih lil min jaf jieklu u x-xogħol lil min jaf jagħmlu.
Biex l-affarijiet isiru sew, agħti biċċa xogħol lil min għandu l-ħila jinqala' għaliha.
Min jaħdem l-iżjed jiekol l-inqas.
L-għażżien jew min ma ħaqqux igawdi minn fuq dahar min jagħmel xogħlu sew.
L-għażżien xogħlu tqil.
L-għażżien ma jtajjarx xogħol.
