Il-bniedem ħaddmu għal rasu biex tkun taf x’jiswa.Tara bniedem kemm hu kapaċi meta tħallih jagħmel biċċa xogħol waħdu.
Għejien ix-xogħol huwa s-sabar.Biex ix-xogħol isir sew, irid isir bil-paċenzja. Għejien tfisser assistent.
Tiġieġa ħawtiela bajjada.Tiġieġa bieżla tagħmel bajd sabiħ, bħal min jistinka biex jagħti prodott sabiħ. Ħawtiela tfisser ħabrieka u bajjada tfisser li tbid.