Il-qawwa sa ma tibda.Qabel tibda biċċa xogħol issibha bi tqila, iżda malli tibda tiġi l-enerġija biex tkompli.
Tiġieġa li tfelles tajjeb għożżha.Ibża' għat-tiġieġa li tfaqqas il-bajd, bl-istess mod li għandek tibża' għal min jaħdem u jistinka fin-negozju tiegħek.
L-ewwel terz inbid dejjem qares itiegħem.Meta tibda biċċa xogħol, l-ewwel ftit dejjem jinħass diffiċli sakemm tikkarga.
Min jidra l-qgħad, jidra l-għażż.Mix kielu l-għażż u dara jgħix minn fuq dahar ħaddieħor, ma jkunx irid jaħdem u jbati.
Bis-swat u biż-żmien jitbiżżel l-għażżien.Bit-tbatija li jġib fuqu nnifsu, l-għażżien ikollu jitgħallem ikun bieżel ukoll.