Il-Maltin magħrufin għal kemm ibakkru (iqumu kmieni) u jaħdmu bi ħġarhom fit-tul.
Qwiel relatati
Dejjem tikber is-silla, iżda l-ħmar mhux dejjem jirgħa minnha.
Tagħmel ix-xogħol inti u ġieli tispiċċa ma tgawdi xejn minnu.
Min jiġri wisq jaqta’ nifsu.
Meta tgħaġġel biex tagħmel biċċa xogħol, ma tagħmilhiex sew.
L-għodda iġborha u għoddha.
L-għodda tiegħek ħu ħsiebha sew.
Kull bidu huwa qawwi.
Biċċa xogħol tidher iżjed diffiċli qabel tibdieha.
L-għażżien xogħlu għali.
Jekk tħaddem għażżien, tħallsu wisq għall-ftit xogħol li jagħmel.
