Biex tagħmel biċċa xogħol sew, trid tkun taf l-elementi bażiċi. Inajjar tfisser jieħu ħsieb in-nar.
It-tbakkir jagħti s-saħħa.
Tħoss li jkollok iżjed enerġija meta tbakkar (tqum kmieni) għax-xogħol.
Kategoriji: ix-xogħol
Qwiel relatati
L-ewwel ratal dejjem jinħass tqil.
Meta tibda biċċa xogħol, l-ewwel ftit dejjem jinħass diffiċli sakemm tikkarga.
Is-sħana tax-xemx ma tgħallix patata.
Il-flus trid tbati u taħdem għalihom, bil-ftit ma jsir xejn.
L-għażżien xogħlu għali.
Jekk tħaddem għażżien, tħallsu wisq għall-ftit xogħol li jagħmel.
Min ma jbatix ma jgawdix.
Trid taħdem u tbati biex tkun tista' tgawdi.
Imċappas bid-demm u laħam ma jikolx.
Tagħmel ix-xogħol inti u ġieli tispiċċa ma tgawdi xejn minnu.
