Bis-swat u biż-żmien jitbiżżel l-għażżien.Bit-tbatija li jġib fuqu nnifsu, l-għażżien ikollu jitgħallem ikun bieżel ukoll.
Kidd ġild ħaddieħor u la qatt tkidd ġildek.Agħmel xogħlok u ara kif se tieħu vantaġġ fuq ħaddieħor. Il-ġild tirreferi għas-sandli.
Min jiekol il-laħma jeħtieġ imexmex l-għadma.La intrigajt b'xi biċċa xogħol, agħmilha sew mill-bidu sal-aħħar.