Il-qawmien kmieni jsaħħaħ u jtawwal il-ħajja.Min ibakkar (iqum kmieni) ileħħaq jagħmel ħafna matul il-ġurnata.
Min jaħdem jaħġem.Min jagħmel xogħol diffiċli fiżikament jeħtieġ jiekol sew. Jaħġem tfisser jibla' (l-ikel).
Min jaf inajjar jaf isajjar.Biex tagħmel biċċa xogħol sew, trid tkun taf l-elementi bażiċi. Inajjar tfisser jieħu ħsieb in-nar.
Il-ħmar ħaddmu għal rasu biex tkun taf x’jiswa.Tara bniedem kemm hu kapaċi meta tħallih jagħmel biċċa xogħol waħdu.