Min jidra bis-sisija, la jrid xogħol u lanqas tbatija.Mix kielu l-għażż u dara jgħix minn fuq dahar ħaddieħor, ma jkunx irid jaħdem u jbati. Is-sisija hija l-karità.
Min irid il-lillu jishar.Biex tgawdi trid taħdem, tistinka u tieħu paċenzja. Jishar tfisser jaħdem overtime.
Min irid il-bajd frisk, ikollu jbati t-tlaqliq tat-tiġieġ.Biex tgawdi trid taħdem, tistinka u tieħu paċenzja.
Inkella r-roqba, inkella l-ħobża.Fil-passat ċerti xogħlijiet kienu riskjużi, bħal pereżempju xogħol il-baħħara, imma xorta kellu jsir biex taqla' x'tiekol u tgħajjex lill-familja. Ir-roqba tfisser l-għonq.