Agħmel xogħlok u ħallik min-nies.
Bewla bla bassa, torri bla għassa.
Kull aspett minn biċċa xogħol għandu jsir tajjeb.
Kategoriji: ix-xogħol
Qwiel relatati
Il-ġifa jsib xortih.
Min ma jrid jagħmel xejn imur aħjar minn min hu bieżel.
Bewla bla bassa, kastell bla għassa.
Kull aspett minn biċċa xogħol għandu jsir tajjeb.
Min ibati jgawdi.
Min jaħdem u jistinka jgawdi.
Kidd ġild ħaddieħor u la qatt tkidd ġildek.
Agħmel xogħlok u ara kif se tieħu vantaġġ fuq ħaddieħor. Il-ġild tirreferi għas-sandli.
Is-sahra u t-tbakkir, iż-żina tal-Maltin.
Il-Maltin magħrufin għal kemm ibakkru (iqumu kmieni) u jaħdmu bi ħġarhom fit-tul.
