Agħtini xortija u itfagħni l-baħar.Meta xi ħadd ikun xortih tajba, anke fil-ħażin ma jbatix daqshekk.
L-ewwel ma tiekol l-għajn.L-ewwel ma ninnutaw hija d-dehra esterna tal-affarijiet, mela agħti kasha wkoll.
Min ikun mimli ċomb ma jintefax il-baħar.Min jaf li għandu tort jipprova jaħbi l-ħażin li għamel akkost ta' kollox.