It-tiġieġa fejn tiekol in-nuħħala tmur tbidha l-bajda.Kulħadd irid iwieġeb ta' għemilu, kemm fit-tajjeb kif ukoll fil-ħażin.
Dak li jidħol mill-gerżuma ‘l ġewwa kollu sewwa.Bħalma l-bniedem jiekol biss ikel tajjeb, hekk ukoll jaf jagħżel it-tajjeb mill-ħażin.
Ilbieraħ kilt tiġieġa, illum bajda mgħollija u għada nixrob l-ilma tal-lissija.Ix-xorti taf tkun kattiva ħafna, għax filli tidħaqlek u filli ttik bis-sieq. L-ilma tal-lissija huwa l-ilma tal-ħasil.
Ma setax idur għall-ħmar, dar għall-berdgħa.Ma setax ipattihielu u minflok dar fuq xi membru tal-familja tiegħu jew xi ħabib tiegħu. Il-berdgħa tirreferi għad-drapp taħt is-sarġ fuq dahar il-ħmar.