Min jistor il-ħalliel għandu sehem mill-ħtija.Meta lil min jagħmel ħażin tgħattilu, tkun kompliċi miegħu.
Dak li jeħel fid-dras ma jxebbax.L-isforzi biex wieħed jirranġa sitwazzjoni ħażina ma jkunux biżżejjed biex tinqaleb il-folja.
Il-kelb in-nagħaj idejjaq in-nies tad-dar u tal-ġar.Superstizzjoni Maltija tgħid li l-klieb li jingħu jbassru xorti ħażina.