Irid ikollok biżżejjed kuraġġ biex taffronta sitwazzjonijiet diffiċli, bħal meta trid tgħaddi minn folla nies irossu.
Min jislat wisq drabi jrid iżomm iebes.
Is-sagristan jekk ma jmissx max-xema’ jmiss mar-ruttan.
Meta ma jkun hemm ħadd jissorvelja, kulħadd jagħmel li jrid, bħas-sagristan diżonest li jobrom li jista'. Ruttan tfisser xema' mdewba.
Kulħadd merqtu u ftietu.
Agħti kas l-affarijiet tiegħek u ħallik minn ta' ħaddieħor.
Kull qabil għal qabilu.
Kulħadd ifittex lil min ikun jixbhu: fil-karattru, fl-età, fil-klassi soċjali, eċċ. Qabil tfisser speċi (species).
Malta tixba’ bil-ftit.
Peress li Malta żgħira, ftit għajnuna wkoll biżżejjed.
Meta tidħol il-qorti, inti tiekol sardina u l-avukat jiekol gallina.
L-avukati jagħmlu kemxa flus ġmielha minn fuq dahrek meta jkollok xi każ il-qorti.
Min jara tagħbitu ma jfittixx tagħbit oħrajn.
Min jara l-problemi tiegħu ma jkunx moħħu fil-problemi tal-oħrajn. Tagħbitu tfisser it-tagħbija (= il-problemi) tiegħu.
Il-ġustizzja fis-sema tinstab.
Fid-dinja m'hawnx ġustizzja.
Bormot ix-xirka qatt ma ssir sewwa.
Hemm bżonn li xi ħadd wieħed biss imexxi l-partijiet kollha ta' proġett.
Jisbaħ bis-serduq u jisbaħ bla serduq.
Ħadd mhu importanti daqs kemm jaħseb fid-dinja.
Ħadd ma jġib xejn minn żaqq ommu.
Ħadd ma twieled speċjali iżjed minn ħaddieħor.
Kulħadd jaf hu fiex inhu.
Ħu ħsieb l-affarijiet tiegħek u ħallik minn ħaddieħor.
Min jara tagħbitu ma jfittixx tagħbit oħrajn.
Min jara l-problemi tiegħu ma jkunx moħħu fil-problemi tal-oħrajn. Tagħbitu tfisser it-tagħbija (= il-problemi) tiegħu.
Il-ħmar li jġorr l-inbid jixrob l-ilma.
Mit-tbatija ta' ħaddieħor japprofittaw irwieħhom il-pampaluni.
Kulħadd merqtu u ftietu.
Agħti kas l-affarijiet tiegħek u ħallik minn ta' ħaddieħor.
Ibża’ mill-fqir li jsir sinjur u mill-qaħba li tiġbor l-unur.
Min jagħmel suċċess ikun bata u minħabba f'hekk, iwebbes qalbu.
Il-banda ddoqq u l-bajtar dieħel.
Meta ħadd ma jkun jimpurtah kollox imur ħażin.
Fid-dinja mhux sewwa, min jirkeb u min iniegħel.
Fid-dinja m'hawnx ġustizzja; ħafna jgawdu spejjeż ħaddieħor.
L-ixkubetta fiha l-grillu u kulħadd jagħmel li jaqbillu.
Kulħadd l-interessi tiegħu jara.
L-inbid ġdid ikemmex il-ħalq.
Meta jinbidlu r-regoli dejjem ser ikun hemm min jopponi.
Il-ħuta l-kbira dejjem kielet iż-żgħira.
Ma tista' tagħmel xejn kontra min għandu iżjed setgħa minnek.