In-nies ħżiena jmorru aħjar mal-ġustizzja mill-vittmi. Banavolja tfisser brikkun.
Min jilbes ħwejjeġ in-nies, ikollu jinżagħhom f’nofs it-triq.
Il-qorti għatba tal-infern.
Ladarba tidħol il-qorti, kun lest għal ħafna kumplikazzjonijiet u skossi.
La kull tina, tina. La kull qargħa, qargħa.
Kulħadd differenti fid-dinja.
Għall-kotra m’hemmx tarf.
Diffiċli tintgħażel meta tkun fil-folla.
L-għassa mbajda u l-ispettur ġdid.
L-affarijiet jinbidlu meta jilħaq xi ħadd ġdid f'pożizzjoni ta' awtorità.
Ħalli x-xini jimxi għal ġenbu.
In-nies jgħidu ħafna xorti imma f'idejk kemm tagħti kashom.
Ibża’ minn qrun il-fart u għaddi minn warajh.
Tisfidax lil min taf li għandu l-poter jagħmillek il-ħsara.
L-għaqda ġġib is-saħħa.
Meta nkunu magħqudin inkunu iżjed b'saħħitna u jkun iżjed diffiċli tegħlibna.
Il-banda ddoqq u l-bajtar dieħel.
Meta ħadd ma jkun jimpurtah kollox imur ħażin.
Il-musmar imsaddad irqiq u jagħmel ħoss.
In-nies ta' klassi baxxa u bla manjieri ma jiswew xejn imma jagħmlu ħafna storbju biex jidhru.
Ħadd ma jtella’ lil nanntu fis-sala.
Hemm min ikun laħaq jew tal-flus u jkun jistħi juri li ġej minn ambjent umli.
Dak li jibża’ ma jitteħidx.
Min joqgħod attent ma min jagħmilha fis-soċjetà ma jiħux eżempji ħżiena.
Malta tixba’ bil-ftit.
Peress li Malta żgħira, ftit għajnuna wkoll biżżejjed.
Għall-kotra m’hemmx tarf.
Diffiċli tintgħażel meta tkun fil-folla.
Ħalli x-xini jimxi għal ġenbu.
In-nies jgħidu ħafna xorti imma f'idejk kemm tagħti kashom.
Fejn hemm il-għasel jersaq id-dubbien.
Fejn hemm il-ġid kulħadd irid biċċa.
Il-ġustizzja mis-sema ’l fuq.
Fid-dinja m'hawnx ġustizzja.
Kulħadd tajjeb iżda ibża’ minn kulħadd.
Kulħadd għandu t-tajjeb tiegħu, iżda xorta waħda tafdax.
Meta nibet il-ħaxix miet iż-żiemel.
Il-każijiet il-qorti tant idumu jkaxkru li sakemm jinqatgħu, min kellu raġun ikun laħaq miet.
Bil-ħabba l-ħabba tikber u titrabba.
Min jitwieled f'familja mhux tal-flus irid jagħmel iżjed sforz biex fis-soċjetà jsib postu.
Fejn ikun hemm l-għasel, ikun hemm in-naħal.
Fejn hemm il-ġid kulħadd irid biċċa.