Kultant ikollna nagħmlu affarijiet li ma nixtiqux nagħmlu.
Min jiċħad lil art twelidu, miżbla żibel lanqas tridu.
Il-kok ta’ wiċċ il-borma jiekol.
In-nies imlaħħqin japprofittaw mill-pożizzjoni tagħhom, bħall-kok li jiekol l-aħjar parti.
In-nies inġies.
In-nies lesti jaqgħu fil-baxx biex jieħdu li jridu.
L-għaqda ġġib is-saħħa.
Meta nkunu magħqudin inkunu iżjed b'saħħitna u jkun iżjed diffiċli tegħlibna.
Il-piki jaqtgħu l-aptiti.
Nies impikati ma' xulxin jaħdmu u jistinkaw kemm jifilħu biex iġibu fix-xejn lill-avversarji tagħhom, anke akkost li jagħmlu l-ħsara lilhom infushom.
Lill-furnar ħobża islifhielu, għax jekk ma jroddhilekx issib kif teħodhielu.
Tħabbeb ma' min għandu l-flus jew l-awtorità, tmur minn fuq tista'.
La kull tina, tina. La kull qargħa, qargħa.
Kulħadd differenti fid-dinja.
Ħadd għadu ma twieled bil-ħwejjeġ.
Ħadd ma twieled speċjali iżjed minn ħaddieħor.
Min jikkmanda jagħmel il-liġi.
Għandek taċċetta li hemm min għandu iżjed awtorità minnek.
Il-ħmar li jġorr l-inbid jixrob l-ilma.
Mit-tbatija ta' ħaddieħor japprofittaw irwieħhom il-pampaluni.
Borma bejn l-ixirka jew nejja jew maħruqa.
L-affarijiet ma jimxux sew meta jkun hemm ħafna mexxejja.
Aħjar ras ta’ nemla minn denb ta’ ljun.
Aħjar tkun żgħir u tmexxi inti, milli taqdi u tpaxxi lill-kbir.
Minħabba wieħed jeħel kulħadd.
Fid-dinja m'hawnx ġustizzja, l-innoċenti jeħel ma' min għandu tort.
Drabi felula tfaqqas oħra.
Jekk abbuż wieħed ma jsir xejn dwaru, isiru oħrajn warajh.
Ħadd ma jagħmel imsarnu f’żaqqu.
Kulħadd ifittex li jkun aħjar minn ħaddieħor.
Kulħadd iħobb jikkmanda.
Kulħadd jaħseb li tiegħu tajjeb.
Fejn hemm il-għasel jersaq id-dubbien.
Fejn hemm il-ġid kulħadd irid biċċa.
Fejn ma jersaqx id-dubbien, ma jbejtux il-firien.
Fejn hemm il-ġid kulħadd irid biċċa.
Akbar m’aħna, akbar qnatarna.
Aktar ma jkollok kariga għolja, aktar għandek responsabbiltajiet.
Ma jgħoddx kif tibda, jgħodd kif tispiċċa.
L-ambjent li titwieled fih ma jiddeterminax x'tip ta' ħajja għad ikollok fil-futur.
Kull qabil għal qabilu.
Kulħadd ifittex lil min ikun jixbhu: fil-karattru, fl-età, fil-klassi soċjali, eċċ. Qabil tfisser speċi (species).