Min jiflaħ aktar minnek erħilu jgħaddi.Min għandu iżjed saħħa jew awtorità minnek, ma jaqbillekx ikollok xi tgħid miegħu.
Min jilħaq jiġi fi lsien in-nies jista’ jgħid li hu miskin tassew.Ħu ħsieb tar-reputazzjoni tiegħek għax darba titlifha.
Fid-dinja mhux sewwa, min jirkeb u min iniegħel.Fid-dinja m'hawnx ġustizzja; ħafna jgawdu spejjeż ħaddieħor.