L-affarijiet ma jimxux sew meta jkun hemm ħafna mexxejja.
L-ixkubetta fiha l-grillu u kulħadd jagħmel li jaqbillu.
Kulħadd l-interessi tiegħu jara.
Kategoriji: il-kaċċa | is-soċjetà
Qwiel relatati
Kulħadd jiġbed għalih sakemm jara l-qiegħ.
Kulħadd lejn l-interessi tiegħu jħares, sal-aħħar nett.
In-naħal issibu fejn hemm l-għasel.
Fejn hemm il-ġid kulħadd irid biċċa.
Meta jkollok issib il-ħbieb, meta ma jkollokx issib il-klieb.
In-natura tal-bniedem dik hi: meta jkollok il-flus iduru miegħek, u meta ma jkollokx jabbandunawk.
Kull par għal paru.
Kulħadd ifittex lil min ikun jixbhu: fil-karattru, fl-età, fil-klassi soċjali, eċċ.
Il-ħotra tegħleb il-kotra.
In-nies trid taċċetta lil min intgħażel biex imexxi, bħal f'elezzjoni. Il-ħotra tfisser l-għażla u l-kotra huma n-nies fis-soċjetà.
