Min ikun f'pożizzjoni ta' awtorità ma jwaqqax lil ħaddieħor li jkun fl-istess f'pożizzjoni, anzi ġieli jikkonfoffa miegħu.
L-għassa mbajda u l-ispettur ġdid.
Il-karfa ssibha kullimkien.
F'kull soċjetà ssib il-marmalja (= il-karfa).
Kulħadd jagħmel dak li jaqbel.
Kulħadd lejn l-interessi tiegħu jħares.
Kul għal qalbek u imxi għal għajn in-nies.
Waħdek agħmel li trid, iżda man-nies imxi mal-kurrent.
Meta taqa’ l-baqra jaqgħu s-skieken.
Meta titlef il-pożizzjoni ta' awtorità li tkun fiha, dawk li mingħalik kienu ħbieb tiegħek jieqfu jirreċtaw.
Imselħa ġdida tħaxwex.
Meta jkun hemm xi ħadd ġdid f'pożizzjoni ta' awtorità, ċerti deċiżjonijiet u ordnijiet ġodda jdarrsu. Imselħa hija xkupa.
Il-qorti għatba tal-infern.
Ladarba tidħol il-qorti, kun lest għal ħafna kumplikazzjonijiet u skossi.
Il-banda ddoqq u l-bajtar dieħel.
Meta ħadd ma jkun jimpurtah kollox imur ħażin.
Ħadd ma jtella’ lil nanntu fis-sala.
Hemm min ikun laħaq jew tal-flus u jkun jistħi juri li ġej minn ambjent umli.
Ħadd ma jinħtieġ għal ħadd.
Ħadd mhu partikolarment speċjali, twarrab inti jeħodlok postok ħaddieħor.
Ir-rigali ktajjen fl-idejn u bżar fl-għajnejn.
Meta tirċievi rigal u taċċettah, tispiċċa tintrabat.
L-inbid ġdid ikemmex il-ħalq.
Meta jinbidlu r-regoli dejjem ser ikun hemm min jopponi.
Il-pastizz m’għandux jinkiser qabel ma tkun tlieta.
Superstizzjoni Maltija fejn kienu jemmnu li biex tiekol il-pastizzi trid tkun grupp ta' tlieta.
Il-qarn xieraq f’ras il-baqra.
Għandek dejjem tilbes adatt għalik. Dari kienu joqogħdu attenti li jilbsu skont il-klassi soċjali.
Akbar m’int, akbar hu hemmek.
Aktar ma jkollok pożizzjoni għolja, aktar għandek responsabbiltà u inkwiet.
In-nies inġies.
In-nies lesti jaqgħu fil-baxx biex jieħdu li jridu.
Il-ħuta ż-żgħira qatt ma kielet il-ħuta l-kbira.
Ma tista' tagħmel xejn kontra min għandu iżjed setgħa minnek.
Min hu man-nies jew bla saħħa jew bla ġieħ.
Min jaħdem man-nies biex jirnexxi jrid jew jaħdem sakemm jispiċċa bla saħħa, jew inkella jitlef ġieħu għax ibigħ lilu nnifsu.
Daqqa ta’ għama semagħha trux.
Jekk min suppost qed imexxi ma jikkonvinċix bl-argumenti tiegħu, ħadd ma jagħti kasu.
Il-leħja tas-sinjur f’idejn is-seftur.
Dawk li jaħdmu għal min hu mleħħaq u sinjur igawdu wkoll.
Avukat jekk ma jiħdux Alla jieħdu x-xitan.
Avukat ħażin fl-aħħar mill-aħħar jieħu dak li ħaqqu.