Ħadd mhu importanti daqs kemm jaħseb fid-dinja.
L-għaqda ġġib is-saħħa.
Kulħadd jiġbed għal qabilu.
Kulħadd lejn l-interessi tiegħu jħares. Qabilu tfisser l-ispeċi tiegħu.
Ħadd għadu ma twieled bil-ħwejjeġ.
Ħadd ma twieled speċjali iżjed minn ħaddieħor.
Kap ġdid, liġi ġdida.
Meta tinbidel it-tmexxija, ikun hemm il-bidla.
L-ilsir ikollu jbus l-id li jixtieq maqtugħa.
Kultant ikollna nagħmlu affarijiet li ma nixtiqux nagħmlu.
Kulma jingħad minn warajja nistmah taħt saqajja.
Dak li n-nies jgħidu minn wara dahrek tagħtix kasu.
Ibża’ mill-fqir li jsir sinjur u mill-qaħba li tiġbor l-unur.
Min jagħmel suċċess ikun bata u minħabba f'hekk, iwebbes qalbu.
Kulħadd jaf għal tiegħu.
Kulħadd lejn l-interessi tiegħu jħares.
Il-leħja tas-sinjur f’idejn is-seftur.
Dawk li jaħdmu għal min hu mleħħaq u sinjur igawdu wkoll.
Dejjem sebaħ bla serduq.
Ħadd mhu daqshekk importanti fid-dinja li ma jistax jeħodlu postu ħaddieħor.
Il-leħja tas-sinjur f’idejn is-seftur.
Dawk li jaħdmu għal min hu mleħħaq u sinjur igawdu wkoll.
Ħajt tad-dell ftit ħajr fih u x-xemx jeħtieġha.
Min hu dgħajjef jeħtieġ l-għajnuna, ma jistax jagħtiha hu lil ħaddieħor.
Id-drawwa hija t-tieni din.
Id-drawwiet ta' poplu ma jinqatgħux kif ġieb u laħaq. Din tfisser reliġjon.
M’hemmx żiemel li jimxi wisq u ma sabx ieħor li għaddieh.
Dejjem ser issib xi ħadd aqwa minnek, tajjeb kemm inti tajjeb.
L-għassa mbajda u l-ispettur ġdid.
L-affarijiet jinbidlu meta jilħaq xi ħadd ġdid f'pożizzjoni ta' awtorità.
L-aħjar kulħadd merqtu u ftietu.
Ara l-affarijiet tiegħek u ħalli lil ħaddieħor bi kwietu.
Mingħajr qaddisin ma titlax is-sema.
Biex tasal fejn trid, jeħtieġ li ssib min jgħinek jew jgħaddilek kelma.
Fejn hemm il-għasel jersaq id-dubbien.
Fejn hemm il-ġid kulħadd irid biċċa.
Il-wegħda jew ittemmha jew ittemmek.
Superstizzjoni Maltija fejn kienu jemmnu li jekk ma ttemmx wegħda, jiġrulek affarijiet ħżiena.
Daqqa ta’ għama semagħha trux.
Jekk min suppost qed imexxi ma jikkonvinċix bl-argumenti tiegħu, ħadd ma jagħti kasu.
Il-ġustizzja tkabbar nazzjon u d-dnub jirvinaha.
Il-ġustizzja ssawwar is-sens morali ta' nazzjon, iżda l-azzjonijiet ħżiena jeqirduha.