Ma tista' tagħmel xejn kontra min għandu iżjed setgħa minnek.
Qwiel relatati
Il-qarn xieraq f’ras il-baqra.
Għandek dejjem tilbes adatt għalik. Dari kienu joqogħdu attenti li jilbsu skont il-klassi soċjali.
Kulħadd taħt saqaf wieħed.
Kulħadd irid iseffaq wiċċu mal-problemi tal-ħajja.
Id-dmir jagħmlek ilsir.
Dmirijietna jeħtieġ li naqduhom, anke jekk m'għandniex aptit.
In-naħal issibu fejn hemm l-għasel.
Fejn hemm il-ġid kulħadd irid biċċa.
Akbar m’aħna, akbar qnatarna.
Aktar ma jkollok kariga għolja, aktar għandek responsabbiltajiet.
