Is-smigħ ma fihx irfigħ.Min jeżegwixxi l-ordnijiet ta' dawk ta' fuqu, ma jerfa' l-ebda responsabbiltà.
Il-qawwa u d-dnewwa jitbqu l-fomm.L-użu tas-setgħa u l-vjolenza (= dnewwa) jagħlqu ħalq min jazzarda jirvilla.
Akbar m’int, akbar hu hemmek.Aktar ma jkollok pożizzjoni għolja, aktar għandek responsabbiltà u inkwiet.
Jekk l-ixkupa ma jaqbadhiex il-kennies taqbadha r-reġina.Ix-xogħol meqjus bħala baxx bilfors irid jagħmlu xi ħadd.
Id-drawwa hija t-tieni din.Id-drawwiet ta' poplu ma jinqatgħux kif ġieb u laħaq. Din tfisser reliġjon.