Ħadd ma jrid il-pulizija/ġustizzja/ħaqq wara biebu/daru.Kulħadd ifittex li ma jxellifx difrejh mal-ġustizzja.
Meta jilħaq il-fqir, agħmillu rixa ħalli jtir.Meta xi ħadd li jkun ġej minn ambjent ta' faqar jilħaq, jitkabbar u jxammar imnieħru.
Min jiflaħ iħawwel.Min għandu iżjed saħħa jew awtorità minnek, ma jaqbillekx ikollok xi tgħid miegħu.