In-naħal jaħdem u r-reġina tieħu l-ġieħ.Il-ħaddiema jaħdmu u jbatu u ta' fuqhom igawdu l-frott ta' xogħolhom.
Mingħajr qaddisin ma titlax is-sema.Biex tasal fejn trid, jeħtieġ li ssib min jgħinek jew jgħaddilek kelma.
Kappell ma jmejjilx ieħor.Min ikun f'pożizzjoni ta' awtorità ma jwaqqax lil ħaddieħor li jkun fl-istess f'pożizzjoni, anzi ġieli jikkonfoffa miegħu.
Il-kelb qabel ma tinbxu kun af sidu min hu.Qabel tiksirha minn ma' xi ħadd, qis li tkun taf min hu u sa fejn kapaċi jasal.