Meta tiġri xi xniegħa mhux kollox ikun veru.
Qwiel relatati
Bik amir u bija amir, min se jsuq il-ħmir?
Jeħtieġ li xi ħadd wieħed biss imexxi.
Il-knisja tagħna u l-kappillan qaribna.
L-influwenza tal-kappillan hija kbira u jkun jista' jġib li jrid għall-parruċċana.
Ir-rigali jagħmu l-għajnejn.
Ir-rigali jingħataw biex dak li jkun jagħlaq għajnejh għall-abbużi.
Meta jkollok issib il-ħbieb, meta ma jkollokx issib il-klieb.
In-natura tal-bniedem dik hi: meta jkollok il-flus iduru miegħek, u meta ma jkollokx jabbandunawk.
Meta taqa’ l-baqra jaqgħu s-skieken.
Meta titlef il-pożizzjoni ta' awtorità li tkun fiha, dawk li mingħalik kienu ħbieb tiegħek jieqfu jirreċtaw.
