Ħadd mhu speċjali iżjed minn ħaddieħor.
Ħadd ma jġib xejn minn żaqq ommu.
Ħadd ma twieled speċjali iżjed minn ħaddieħor.
Kategoriji: is-soċjetà
Qwiel relatati
La kull tina, tina. La kull qargħa, qargħa.
Kulħadd differenti fid-dinja.
Iż-żgħir dejjem minn taħt.
Dawk li m'għandhomx setgħa jkollhom joqogħdu għal min ikun fuqhom.
Aħjar tobdi milli tikkmanda.
Min imexxi għandu iżjed responsabbiltà.
Għall-kotra m’hemmx tarf.
Diffiċli tintgħażel meta tkun fil-folla.
Kull qawwi hawn ieħor għalih.
Dejjem hemm xi ħadd aqwa minnek, int min int u għandek setgħa kemm għandek setgħa.
