Il-korruzzjoni hekk taħdem u toktor, kulħadd jagħmel il-pjaċiri lil xulxin.
Ħadd għadu ma twieled bil-ħwejjeġ.
Ħadd ma twieled speċjali iżjed minn ħaddieħor.
Kategoriji: is-soċjetà
Qwiel relatati
Fejn hemm it-tfesfis fil-widnejn, aktarx hemm il-gideb.
Meta tiġri xi xniegħa mhux kollox ikun veru.
Il-ħuta ż-żgħira qatt ma kielet il-ħuta l-kbira.
Ma tista' tagħmel xejn kontra min għandu iżjed setgħa minnek.
Il-liġi tiġġebbed kemm tridha.
Il-liġi tista' tiġi interpretata b'diversi modi, skont min int u lil min taf.
Kulħadd jaf għal tiegħu.
Kulħadd lejn l-interessi tiegħu jħares.
Min joqgħod għal li jgħidu n-nies jista’ ma jmurx quddies.
In-nies jgħidu ħafna xorti u m'għandekx tagħti kashom.
