Min jara l-problemi tiegħu ma jkunx moħħu fil-problemi tal-oħrajn. Tagħbitu tfisser it-tagħbija (= il-problemi) tiegħu.
Fid-dinja mhux sewwa, min jirkeb u min iniegħel.
Dar is-sultan min tiela’ u min nieżel.
Min hu f'pożizzjoni ta' awtorità jista' jkun iġibek daqs kemm ikun jista' ma jniżżlekx.
Il-qarn xieraq f’ras il-baqra.
Għandek dejjem tilbes adatt għalik. Dari kienu joqogħdu attenti li jilbsu skont il-klassi soċjali.
Kull qawwi hawn ieħor għalih.
Dejjem hemm xi ħadd aqwa minnek, int min int u għandek setgħa kemm għandek setgħa.
Kappell ma jmejjilx ieħor.
Min ikun f'pożizzjoni ta' awtorità ma jwaqqax lil ħaddieħor li jkun fl-istess f'pożizzjoni, anzi ġieli jikkonfoffa miegħu.
Dejjem sebaħ bla serduq.
Ħadd mhu daqshekk importanti fid-dinja li ma jistax jeħodlu postu ħaddieħor.
Fejn ma jersaqx id-dubbien, ma jbejtux il-firien.
Fejn hemm il-ġid kulħadd irid biċċa.
Kap ġdid, liġi ġdida.
Meta tinbidel it-tmexxija, ikun hemm il-bidla.
Avukat jekk ma jiħdux Alla jieħdu x-xitan.
Avukat ħażin fl-aħħar mill-aħħar jieħu dak li ħaqqu.
Il-ħuta l-kbira dejjem kielet iż-żgħira.
Ma tista' tagħmel xejn kontra min għandu iżjed setgħa minnek.
Man-nies jew bla saħħa jew bla ġieħ.
Man-nies jew tieħu saħħtek biex tikseb xi ħaġa, jew titlef ġieħek biex takkwista li trid.
Lill-furnar ħobża islifhielu, għax jekk ma jroddhilekx issib kif teħodhielu.
Tħabbeb ma' min għandu l-flus jew l-awtorità, tmur minn fuq tista'.
Dak li jibża’ ma jitteħidx.
Min joqgħod attent ma min jagħmilha fis-soċjetà ma jiħux eżempji ħżiena.
Kappell ma jmejjilx ieħor.
Min ikun f'pożizzjoni ta' awtorità ma jwaqqax lil ħaddieħor li jkun fl-istess f'pożizzjoni, anzi ġieli jikkonfoffa miegħu.
In-nies inġies.
In-nies lesti jaqgħu fil-baxx biex jieħdu li jridu.
Aħjar ras ta’ nemla minn denb ta’ ljun.
Aħjar tkun żgħir u tmexxi inti, milli taqdi u tpaxxi lill-kbir.
L-għassa mbajda u l-ispettur ġdid.
L-affarijiet jinbidlu meta jilħaq xi ħadd ġdid f'pożizzjoni ta' awtorità.
Ħadd ma jtella’ lil nanntu fis-sala.
Hemm min ikun laħaq jew tal-flus u jkun jistħi juri li ġej minn ambjent umli.
Mingħajr qaddisin ma titlax is-sema.
Biex tasal fejn trid, jeħtieġ li ssib min jgħinek jew jgħaddilek kelma.
Jekk l-ixkupa ma jaqbadhiex il-kennies taqbadha r-reġina.
Ix-xogħol meqjus bħala baxx bilfors irid jagħmlu xi ħadd.
Il-ħuta ż-żgħira qatt ma kielet il-ħuta l-kbira.
Ma tista' tagħmel xejn kontra min għandu iżjed setgħa minnek.