Jekk l-ixkupa ma jaqbadhiex il-kennies taqbadha r-reġina.Ix-xogħol meqjus bħala baxx bilfors irid jagħmlu xi ħadd.
Min jiflaħ iħawwel.Min għandu iżjed saħħa jew awtorità minnek, ma jaqbillekx ikollok xi tgħid miegħu.
Akbar m’int, akbar hu hemmek.Aktar ma jkollok pożizzjoni għolja, aktar għandek responsabbiltà u inkwiet.
Meta jkollok issib il-ħbieb, meta ma jkollokx issib il-klieb.In-natura tal-bniedem dik hi: meta jkollok il-flus iduru miegħek, u meta ma jkollokx jabbandunawk.