Iż-żgħir qatt ma jaħseb tajjeb fil-kbir.Dawk li fis-soċjetà jgħixu modestament jew m'humiex imlaħħqin dejjem jaħsbu ħażin f'min għandu ħafna flus jew ikun imlaħħaq.
Il-liġi saret bħall-banavolja.In-nies ħżiena jmorru aħjar mal-ġustizzja mill-vittmi. Banavolja tfisser brikkun.
Is-sagristan jekk ma jmissx max-xema’ jmiss mar-ruttan.Meta ma jkun hemm ħadd jissorvelja, kulħadd jagħmel li jrid, bħas-sagristan diżonest li jobrom li jista'. Ruttan tfisser xema' mdewba.