Il-ħaddiema jaħdmu u jbatu u ta' fuqhom igawdu l-frott ta' xogħolhom.
Qwiel relatati
M’hemmx widnejn maħmuġa daqs tal-konfessur.
Il-konfessur jisma' d-dnubiet u jaf il-qoħob ta' kulħadd.
Il-ġustizzja fis-sema tinstab.
Fid-dinja m'hawnx ġustizzja.
Bil-ħabba l-ħabba tikber u titrabba.
Min jitwieled f'familja mhux tal-flus irid jagħmel iżjed sforz biex fis-soċjetà jsib postu.
Il-wegħda jew ittemmha jew ittemmek.
Superstizzjoni Maltija fejn kienu jemmnu li jekk ma ttemmx wegħda, jiġrulek affarijiet ħżiena.
Borma bejn l-ixirka jew nejja jew maħruqa.
L-affarijiet ma jimxux sew meta jkun hemm ħafna mexxejja.
