Jekk l-ixkupa ma jaqbadhiex il-kennies taqbadha r-reġina.Ix-xogħol meqjus bħala baxx bilfors irid jagħmlu xi ħadd.
L-għassa mbajda u l-ispettur ġdid.L-affarijiet jinbidlu meta jilħaq xi ħadd ġdid f'pożizzjoni ta' awtorità.
Il-qorti għatba taż-żift, tmidd sieqek fuqha u teħel.Ladarba tidħol il-qorti, kun lest għal ħafna kumplikazzjonijiet u skossi.