Min hu xħiħ jieħu dejjem u ma jagħti qatt.
Min għandu aktar irid.
Dejjem irridu aktar anke meta diġà għandna ħafna, għax qatt m'aħna kuntenti.
Kategoriji: ir-regħba
Qwiel relatati
Mewt ix-xħiħ bħal dbiħ il-ħanżir, il-werrieta ferħana se ttir.
Il-mewt ta' min hu xħiħ iġġib magħha l-ferħ, hekk kif il-werrieta jsibu x'jirtu wara mewtu.
Il-kelb tal-basal la jiekol u la jħalli min jiekol.
La ma nistax ingawdi xi ħaġa, mhux se nħalli lil ħaddieħor igawdiha lanqas.
Min irid jaħfen kollox jispiċċa ma jaqbad xejn.
Min irid wisq (flus, fama, eċċ.) jispiċċa ma jkollu xejn, bl-istess mod li min jidħol għal wisq xogħol jispiċċa ma jleħħaqx miegħu. Jaħfen tfisser jaqbad.
Il-bniedem m’għandux xaba’.
Ir-regħba tal-bniedem hija kbira.
Min iħażżaq wisq ma jaqbad xejn.
Min irid wisq (flus, fama, eċċ.) jispiċċa ma jkollu xejn, bl-istess mod li min jidħol għal wisq xogħol jispiċċa ma jleħħaqx miegħu.
