Min jibża' wisq għall-flus, xorta jispiċċa f'sitwazzjoni fejn jitlef kollox.
Meta x-xħiħ jiftaħ idu, il-kemm ma tistax tgħidu.
Meta x-xħiħ jiddeċiedi li jagħti, qatt ma tista' tgħid kemm se jagħti għax mhux soltu tiegħu.
Kategoriji: ir-regħba
Qwiel relatati
Għajnejh ikbar minn żaqqu.
Il-gula tagħmel bih li jitfa' fil-platt iżjed milli jiflaħ jiekol.
Mewt ix-xħiħ bħal dbiħ il-ħanżir, il-werrieta ferħana se ttir.
Il-mewt ta' min hu xħiħ iġġib magħha l-ferħ, hekk kif il-werrieta jsibu x'jirtu wara mewtu.
Dejjem juri l-qoħta għad li għandu l-ġid.
Min hu rgħib dejjem jagħmel taparsi m'għandux biex jgħix, minkejja li jkollu l-ġid. Il-qoħta tfisser skarsezza.
Min jirgħeb għall-flus jintemm minħabba fihom.
Min ikun mogħmi bil-flus jispiċċa jieħu deċiżjonijiet b'konsegwenzi koroh ħafna. Jirgħeb għall-flus tfisser jagħmel għall-flus.
Ix-xħiħ għal ħabba jqaxxar qamla.
Ikollu kemm ikollu, ix-xħiħ jibqa' dejjem irid.
