Kien xħiħ iqis u jkejjel, biex ħaduh il-bhejjem u hemm ħallewh għal dejjem.Li tkun xħiħ ma jservi għalxejn, għax trid tmut bħal kulħadd u kollox warajk tħalli. Ħaduh il-bhejjem tfisser li ġibduh il-bhejjem fuq il-karru tal-mejtin, kif kienu jagħmlu dari.
Il-leħħa tegħleb ix-xeħħa.Aħjar ikollok x'taqsam ma' bniedem xħiħ milli ma' bniedem fitt. Leħħa tfisser fittaġni.