L-Għawdxin rgħiba ħafna. Kavati tfisser ftira.
Qwiel relatati
Min m’għandux xaba’ jifga.
Min hu rgħib ma jkunx jaf meta għandu jieqaf u jispiċċa jinqered.
Jarmi l-qoħta u jerfa’ l-ġid.
Min hu rgħib dejjem jagħmel taparsi m'għandux biex jgħix, minkejja li jkollu l-ġid. Il-qoħta tfisser skarsezza.
Iċ-ċawl u l-għorab jiekol u ma jitma’.
Dawn l-għasafar jieklu u jiġbdu lejhom biss, bħal min hu xħiħ.
Min jaħfen wisq ma jgħażżaż xejn.
Min irid wisq (flus, fama, eċċ.) jispiċċa ma jkollu xejn, bl-istess mod li min jidħol għal wisq xogħol jispiċċa ma jleħħaqx miegħu. Jgħażżaż tfisser imexmex.
Ix-xħiħ għal ħabba jqaxxar qamla.
Ikollu kemm ikollu, ix-xħiħ jibqa' dejjem irid.
